Il-Qorti rriffjutat talba ta’ raġel Eġizzjan biex jibqa’ jgħix f’Malta wara li rriżulta li kien ilu snin jgħix f’Malta illegalment.
L-Eġizzjan li huwa missier ta’ sebat itfal ippreżenta fetaħ kważa l-qorti fejn sostna li nkisrulu drittijiet fundamentali tiegħu, fosthom li huwa ċittadin Malti għax ilu jgħix Malta għal madwar 20 sena.
Il-Qorti mmexxija mill-Imħallef Grazio Mercieca qalet li r-raġel għandu passat kriminali, ma kien preżenti fit-trobbija ta’ wliedu u li wassal għall-sitwazzjoni prekarja għall-familja tiegħu.