Raġel ta’ 37 sena mill-Bangladesh intbagħat il-ħabs wara li tressaq il-Qorti akkużat b’rabta ma’ ħasil ta’ flus. Ġie akkużat ukoll bi traffikar tal-persuni.
Huwa wieġeb li hu ħati għall-akkużi fil-konfront tiegħu.
Wara li semgħet is-sottomissjonijiet kollha l-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech, ikkundannat lir-raġel sentejn u għaxar ħabs u mmultatu €50.
Il-Qorti ordnat il-konfiska mingħand l-akkużat tas-somma ta’ aktar minn €14,000 favur il-Gvern; flus li kienu ġejjin minn reati li dwarhom l-akkużat kien instab ħati. Ordnat ukoll il-konfiska tal-propjetà mobbli u immobbli kollha ta’ l-imputat.
Il-Qorti rrakkomandat ukoll lill-Uffiċjal Prinċipali għall-Immigrazzjoni sabiex jikkunsidra li, wara li jiskonta s-sentenza fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, ir-raġel jintbagħat lura pajjiżu.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Prosketuri fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali Dr. Maria Schembri u Nathaniel Falzon, u żewġ spetturi Christian Abela u James Turner.