Jesmond Aquilina magħruf bħala l-Lembut intbagħat 15-il xahar ħabs u ġie mmultat €1,000 wara li fil-Qorti nstab ħati ta’ traffikar tad-droga eroina kif ukoll pilloli Valium.
Il-każ seħħ f’April tal-1998 meta raġel iddaħħal l-isptar San Luqa b’overdose. Fi stqarrija l-vittma stqarr li xtara l-pilloli mingħand Aquilina f’Bormla u ħallsu b’karti tal-LM20 li rriżultaw li kienu foloz.
Il-pulizija kienet għamlet tfittxija fuq Jesmond Aquilina kif ukoll fir-residenza tiegħu fejn b’kollox instabulu 77 pillola safra suspettata Valium.
Madankollu ebda traċċa ta’ eroina ma nstabet.