James Grima ta’ 44 sena intbagħat 6 xhur wara li affaċċja 9 akkużi fil-Qorti li jinkludu sewqan perikoluż, traffikkar tad-droga, li kellu fil-pussess tiegħu armi illegali, li kkawża danni fuq karozza privata u li hu riċediv.
Il-Pulizija kien ilha ssegwi każ tad-droga lura fl-2012. Dan wassal biex James Grima twaqqaf mill-Pulizija f’Awwissu tal-istess sena. Bil-għan li jevita l-Pulizija, Grima saq fuq il-bankina, u laqat karozza privata, filwaqt li baqa’ jsuq sa Triq il-Madonna tal-Ġebla fil-Gżira. Dan wassal biex l-akkużat saq f’triq li tagħlaq. L-Ispettur Trevor Cassar Mallia qal li ra lill-akkużat jarmi xi ħaġa mit-tieqa, li aktar tard ġie kkonfermat li kienet droga eroina.
Wara l-arrest, il-Pulizija kompliet tinvestiga razzett f’Ta’ Qali li allegatament Grima spiss kien jiffrekwenta. F’dan ir-razzett instabu basktijiet li kien fihom droga kokaina u eroina, żewġ rifles li kienu moħbija taħt it-tiben u tubi li kienu moħbija fil-ħamrija, li fihom instabu €60,000.
Il-verżjoni ta’ Grima ma kinitx konsistenti fil-bidu stqarr li hu qatt ma ħa droga, ftit ametta li ġieli ħa. L-imputat stqarr ukoll mal-Pulizija li r-razzett ma kienx tiegħu u li hu rari kien imur hemm.
Il-każ instemaż mill-Maġistrat Neville Camilleri. L-Avukat Dr Edward Gatt deher għall-akkużat, filwaqt li l-preskuzzjoni tmexxiet mis-Supretendent Johann Camilleri.