Manuel Abela, żagħżugħ ta’ 24 sena li fil-Qorti qal li jgħix f’kontejner abbandunat f’Bulebel, ingħata s-sentenza ta’ ħames xhur ħabs.
Dan wara li ammetta li seraq numru ta’ fliexken tal-whiskey minn supermarket fil-Fgura.Huwa ammetta wkoll li għandu problema t’abbuż ta’ droga, u għandu bżonn l-għajnuna.
Minbarra s-sentenza ta’ ħames xhur ħabs, ġiet estiża b’sentejn sentenza sospiża oħra li kellu ż-żagħżugħ.
Fis-sentenza tiegħu, il-Maġistrat Joe Mifsud ħareġ ordni ta’ trattament ta’ tliet snin għall-imputat.