Bulgaru ta’ tlieta u tletin sena ntbagħat tnejn u għoxrin xahar ħabs wara li ammetta li seraq oġġetti elettroniċi u flus f’Jannar li għadda.
Quddiem il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Doreen Clarke, l-akkużat ammetta li seraq laptop li jiswa kważi tlett elef ewro minn uffiċċju fil-Furjana u li seraq basket ta’ raġel li kellu l-flus ġo fih.
Il-Prosekuzzjoni qalet kif il-Bulgaru nqabad minn kameras tas-sigurtà.