Clifford Gatt Baldacchino ta’ 31 sena, li huwa eks plejer tat-tim nazzjonali Malti, weħel 15-il xahar ħabs wara li ta’ fastidju lill-eks sieħba tiegħu, dan wara ordni tal-Qorti biex ma jersaqx lejha. Fit-28 ta’ Awwissu huwa kien akkużat li ffastidja lill-eks sieħba tiegħu meta uża apparat elettroniku biex ibeżżaha u jdejjaqha.
Ir-raġel għamel dan, f’inqas minn 6 ijiem wara li kien ingħata sentenza sospiża mill-Qorti u kien ordnat ma jersaqx lejn l-eks sieħba.
Quddiem il-Maġistrat Ian Farrugia, huwa ametta l-akkużi miġjubha kontrih.
Huwa ġie ikkundannat disa’ xhur ħabs u mmultat €1,000. Huwa jrid jisskonta 6 xhur ħabs ukoll talli kellu sentenza sospiża. Huwa kien ordnat ukoll ma jersaqx lejn l-eks sieħba tiegħu għal 5 snin.