Raġel Barrani ta’ 23 sena ntbagħat 12-il xahar priġunerija wara li wieġeb ħati li t-Tlieta fis-6 ta’ filgħodu seraq iPhone mingħand persuna fil-bajja ta’ San Ġorġ. L-ispettur Xerri spjega kif l-arrest sar wara li l-vittma għamlet rapport li persuna li kienet talbitha sigarett spiċċat serqitilha l-mobile. Mal-arrest fuq il-persuna tal-akkużat instabu żewġ mobiles b’wieħed minnhom ikun l-iphone tal-vittma.
L-imputat ġie akkużat wkoll li kien jgħix ħajja ta’ għażż u vagabundaġġ f’pajjiżna.
Wara li wieġeb ħati bl-assistenza tal-avukata tal-għajnuna legali Martha Mifsud, il-Qorti ppreseduta mill-maġistrat Ian Farrugia tatu sentenza ta’ 12-il xahar ħabs.