Dalgħodu ġie rrappurtat li żewġt iżwiemel tal-polo propjetà tal-Malta Polo Club u li nxtraw b’fondi mogħtija lilhom mill-Awtorità tal-Isport Ekwestru, EquestriMalta, kienu nsterqu mill-paddocks tagħhom biswit il-korsa taż-żwiemel fil-Marsa.
Filwaqt li sar rapport lill-pulizija li qed jagħmlu l-investigazzjonijiet tagħhom, il-Malta Polo Club għamel appell fuq il-paġna ta’ Facebook li jekk jiġu rritornati qawwijin u sħaħ se jingħata rigal ta’ elf ewro.
Min għandu xi informazzjoni jista’ jikkuntattja wkoll lil Jeremy Besancon fuq in-numru 7928 9569.