Persuna jew persuni li għadhom mhux magħrufa serqu pjanti li tħawlu ftit tal-jiem fil-promenade ta’ Wied Babu fiż-Żurrieq.
Dan qalu d-Direttur Ġenerali tad-Diviżjoni tat-Tindif Ramon Deguara f’kitba fuq il-midja soċjali. Deguara qal li d-diviżjoni qed tagħmel l-isforzi kollha sabiex pajjiżna jkun nadif u sabiħ il-ħin kollu.
Huwa żied jgħid li dan l-aġir ta’ persuna jew ta’ persuni li għadhom mhux magħrufa huwa inaċċettabli, li dawn il-pjanti li tħawlu inqas minn ġimgħa ilu nsterqu.