Tliet pingwini żgħar ġew misruqa mill-bejta tagħhom fi New Zealand. Dan qaluh uffiċjali tal-Konservazzjoni.
Żewġt irġiel kienu involuti u wżaw għodda partikolari biex qabdu l-għasafar minn għonqhom.
Wieħed mill-pingwini miet fil-proċess u tnejn oħra nsterqu.
Il-pingwini tat-tip “little blue” huma l-iżgħar speċi ta’ pingwini u huma protetti fi New Zealand.
L-awtoritajiet jemmnu li dan is-serq ta’ għasafar huwa indikazzjoni ta’ kuntrabandu.
“L-għada tal-każ pingwin ieħor nstab mejjet fl-akwata u jidher li miet kawża ta’ ġrieħi f’rasu”.