Numru mhux magħruf ta’ ħallelin serqu oġġetti storiċi mill-akbar kollezzjoni ta’ teżori fl-Ewropa- The Green Vault, li tinsab fil-belt Ġermaniża Dresden. Jidher li l-valur tal-oġġetti misruqa jlaħħaq il-miljuni ta’ ewro. L-Awtoritajiet Ġermaniżao għadhom ma taw l-ebda reazzjoni għal dan ir-reat, iżda ċ-ċentru għadu s’issa magħluq għall-pubbliku biex ikunu jistgħu jsiru l-investigazzjonijiet meħtieġa.
Qed ikun irrapportat li l-oġġetti misruqa jagħmlu parti minn kollezzjoni ta’ oġġetti ġejjin mis-seklu 18. Il-Pulizija għadha għaddejja bi tftixxija għall-persuni involuti.
Ritratti: BBC News