Għaddejjin l-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ serqa ta’ flus mill-Knisja ta’ Raħal Ġdid.
Matul il-lejl li għada nsterqu flus mill-kaxxi tad-donazzjonijiet fil-Knisja ta’ Kristu Re f’Raħal Ġdid wara li allegatament daħlu mit-tamboċċ.
Il-Kapillan ta’ Raħal Ġdid ikkonferma dan ma’ midja lokali, huwa rrakkonta kif persuna jew persuni qalgħu l-ħadid minn tieqa fis-saqaf tal-knisja, fejn minn hemm daħlu u serqu l-ġabra mill-kaxex ta’ quddiem l-artal.
Is-sagrament u oġġetti oħra ta’ valur ma ntmessewx.