€200 fi flus kontanti nsterqu f’hold up minn ħanut f’Santa Luċija.
Il-Każ ġara għall-ħabta tas-2.30pm meta raġel b’wiċċu mgħotti u b’sikkina f’idejh daħal jitlob il-flus lill-kaxxiera f’ħanut.
Ir-raġel ħarab minn fuq il-post u bħalissa għaddejjin it-tfittxijiet mill-pulizija biex jinstab.
Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident iżda tnejn mill-impjegati ngħataw trattament fuq il-post minħabba xokk li sforew.
Aktar dettalji malli jaslulna.