F’diversi żoni fil-Lbiċ tar-Russja u l-Krimea, instemgħu splużjonijiet qawwija matul il-lejl.
Uffiċjali Russi qalu li l-belt ta’ Belgorod, fejn is-Sibt inqatlu ħamsa u għoxrin ruħ, reġgħet spiċċat taħt attakk, u anki Sevastopol fil-Krimea fejn niżlet missila mill-Ukrajna.
Fl-aħħar jiem, l-attakki mill-ajru bejn ir-Russja u l-Ukrajna, intensifikaw.
Il-President Ukren Volodymyr Zelensky qal li r-Russja użat mat-tliet mitt missila u mitejn drone fl-aħħar ħamest ijiem.
Ir-Russja wettqet l-aktar attakk mill-ajru tagħha l-ġimgħa l-oħra minn kemm ilha li bdiet il-gwerra, fejn inqatlu aktar minn erbgħin persuna.
Il-forzi Ukreni rrispondew b’attakk f’Belgorod, fejn indarbu aktar minn mitt ruħ.