Instemgħu għadd ta’ splużjonijiet fi Kyiv u bliet Ukreni oħra, jum biss wara li r-Russja akkużat lill-Ukrajna li qed twettaq attakki bi drone fuq il-Kremlin.
L-attakki huma rrapportati li seħħew f’Saporizhzhia u Odesa.
L-attakki bl-ajru seħħew hekk kif il-President Ukren, Volodymyr Zelensky, hu mistenni li jitkellem fuq The Hague bħala parti minn żjara mhux mistennija fl-Olanda.
Hu mistenni iżur ukoll il-Qorti Kriminali Internazzjonali li qed jinvestiga l-allegat reati kriminali marbuta mal-gwerra tar-Russi fl-Ukrajna.