Sparar u splużjonijiet instemgħu fil-belt kapitali Sudaniża Khartoum wara jiem ta’ tensjonijiet qawwija bejn il-forzi para-militari u l-armata tal-pajjiż.
It-tensjonijiet jirrigwardaw proposta sabiex ikun hemm tranżizzjoni fejn is-setgħa tingħata lill-poplu.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-aġenzija internazzjonali tal-aħbarijiet Reuters qed tirrapporta li l-isparar instema’ viċin iċ-ċentru tal-belt.
Il-forzi para-militari qalu li ħadu taħt idejhom il-kontroll tal-ajruport u l-palazz presidenzjali iżda dawn l-allegazzjonijiet ma ġewx konfermati.