Il-pulizija Ġermaniża ħarġet appell għall-informazzjoni wara li żewġ pitturi taż-żejt prezzjużi tas-seklu 17 instabu fi skip.
Il-pulizija qed jaħsbu li l-pitturi huma tal-artist Olandiż Samuel van Hoogstraten u l-artist Taljan Pietro Bellotti li jmorru lura 350 sena.
Kien raġel li sab dawn il-pitturi fil-Bavaria x-xahar li għadda.
Huwa ta’ dawn il-pitturi lill-pulizija, madanakollu s’issa, sid il-pitturi għadu ma resaqx ‘il quddiem għalihom.
Intant, espert fl-arti kkonkluda li ż-żewġ pitturi huwa oriġinali.