Fl-aħħar jiem il-kumitat CABS sab sitt siti ta’ insib illegali. Ix-xbieki li kienu qed jintużaw għall-insib inġabru mill-Pulizija flimkien mal-għasafar protetti li kienu għadhom ħajjin.
Is-siti, li kienu armati b’għodda u xbieki attivi, instabu fiż-Żejtun, l-Imġarr, l-Aħrax, l-Imqabba u x-Xewkija.
Il-Pulizija kienet informata mill-CABS u wara li wettqet tfittxija sabet tliet għasafar, li l-ispeċi tagħhom hija protetta mill-ogħla direttivi Ewropej. Ħafna mis-siti ntsabu permezz ta’ tfittxija bl-ajru. Fi stqarrija CABS innotaw li l-ammont ta’ insib illegali fix-xhur sajfin naqas dawn l-aħħar tliet snin, iżda s-sitwazzjoni tibqa’ serja.