Trailer tal-friża li fih instab mitt katavru f’Jalisco fil-Messiku qajjem rabja fost ir-residenti, li lmentaw minħabba r-riħa.
Fil-jum tat-Tnejn, l-awtoritajiet qalu li kienu qed jippruvaw isibu l-kontejner, li kien mikri wara li l-kmamar mortwarji f’Guadalajara kienu kollha mimlijin.Il-liġi Messikana ma tippermettix il-kremazzjoni ta’ iġsma relatati ma’ reati vjolenti.
L-awtoritajiet lokali qalu li kienu qed ifittxu għal soluzzjoni fit-tul sabiex ikunu maħżuna l-iġsma wara li kien hemm mewġa ta’ vjolenza fl-aħħar jiem.