L-Ukrajna qalet li sabet mijiet ta’ katavri ta’ suldati Ukreni, flimkien ma’ suldati Russi u li b’mod dinjituż se tkun qed tibgħathom lejn ir-Russja.
Fl-istess ħin, il-midja internazzjonali rrappurtat kif l-Ukrajna qed titlob li r-Russja teħles u tibgħat lura kull ċittadin Ukren li qed iżżomm bħala ostaġġ ir-Russja.
Dan hekk kif mijiet ta’ Ukreni li ħarbu mill-invażjoni spiċċaw f’żoni kkontrollati mill-qawwiet Russi u m’hemmx mezzi ta’ kif dawn jistgħu jirrtornaw lura.
Bosta rapporti oħra qalu kif l-isplużjonijiet fir-reġjun ta’ Donetsk ma waqfux, iżda ġie nnutat kif ir-Russi f’din iż-żona qed jaqtgħu lura.
Tul il-jum tal-bieraħ komplew l-appelli t’għajnuna mill-Ukrajna, hekk kif il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Ukren qal kif pajjiżu jrid ferm aktar għajnuna t’armamenti militari sabiex l-Ukrajna tirbaħ b’suċċess lir-Russja.
Intant, għada, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Russu mistenni jiltaqa’ mas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonjjiet Uniti fi New York.