Fi stqarrija tal-gvern tan-Niger, intqal li l-iġsma ta’ 34 immigrant, għoxrin minnhom tfal, instabu fid-deżert tas-Sahara viċin il-fruntiera mal-Alġerija.
Huma nstabu fil-belt żgħira Assamakka.
Il-Ministru tal-Intern qal li jidher li huma mietu bl-għatx wara li kienu abbandunati minn traffikant. Qal li disgħa mill-adulti kienu nisa u ħamsa kienu rġiel.
Tnejn mill-vittmi kienu identifikati bħala Niġerjani, filwaqt li għadha mhix magħrufa n-nazzjonalita tal-oħrajn.