Fir-residenza tal-mara anzjana li nstabet mejta f’San Pawl il-Baħar, uffiċjali tal-Malta SPCA sabu wkoll l-kelb tal-mara mejjet.
Jidher li x’aktarx il-kawża tal-mewt aktarx hija swied ta’ qalb. Fil-fatt il-karkassa tal-kelb Chihuahua instabet propju taħt is-sodda fejn jumejn ilu nstabet il-mara mejta, fejn hu maħsub li kienet ilha mejta tliet xhur.
Flimkien mal-fdalijiet tal-kelb, l-MSPCA sabu wkoll erbat iqtates ħajjin li se jitpoġġew fi kwarantina u jitnaddfu mill-ħmieġ li kienu jinsabu fih. Eventwalment dawn se jitpoġġew għall-addozjoni.