James Mifsud u Gordon Farrugia ġew ikkundannati sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin wara ta’ qtil involontarju ta’ turist.
Dwar dan il-każ il-koppja Antoine u Marlene Attard ġew illiberati mill-istess akkuża kif ukoll dik li kienu qed joperaw sit ta’ akkomodazzjoni turistika mingħajr liċenzja.
Mifsud waħdu kien akużat ukoll li kien riċediv.
Il-każ seħħ fl-2011, meta l-Franċiż Quentin Antoine Marie Michel miet wara li waqa’ ħajt fuqu f’sit ta’ akkomodazzjoni proprjetà tal-koppja Attard.
Fil-Qorti ntqal kif Mifsud u Farrugia huma diretturi tal-kumpanija tal-kostruzzjoni li bniet il-post fejn waqa’ l-ħajt. Innutat li fuq il-ħajt kien hemm diversi difetti strutturali.
Il-Qorti ordnat lil Mifsud u Farrugia jħallsu elfejn erba’ mija u erbgħa u għoxrin ewro fi spejjeż, filwaqt li Mifsud ma nstabx ħati li kien riċediv.