Ħames katavri nstabu f’dar privata f’Perth, fl-Awstralja. Fost il-mejta hemm ukoll xi tfal.
L-Assistent Kummissarju tal-Pulizija tal-inħawi ddeskriva dan l-inċident bħala wieħed traġiku, iżda ma hemm ebda tensjoni dwar is-saħħa u s-sigurtà tar-residenti.
Is-sejba saret wara li raġel li għandu ftit iktar minn 20 sena mar jagħmel rapport lill-Pulizija. Huwa qed jinżamm arrestat mill-Pulizija