Hekk kif dalgħodu ssoktaw it-tfittxijiet għaż-żewġ żgħażagħ li ntlemħu l-aħħar il-Ġimgħa filgħodu, Nick Johnson u Mark Petric instabu ħajjin.
Iż-żewġ ġuvintur instabu dalgħodu għall-ħabta tas-6:45 ftit il-bogħod miż-żona ta’ fejn instabu l-oġġetti. Iż-żgħażagħ twasslu ċ-Ċirkewwa permezz ta’ dgħajsa peress li l-post fejn instabu ma setgħax jintlaħaq bil-pass.
Fuq il-post hemm tabib fejn eżamina liż-żewġ żgħażagħ li l-Ġimgħa filgħodu telqu bir-rota għall-ħabta tan-12:30. Jidher li ż-żgħażagħ jinstabu b’saħħithom. Wara se jkunu qed jittieħdu Mater Dei.
Kien proprju s-Sibt filgħodu li sajjieda li kienu fil-Blata tal-Melħ irrappurtaw li sabu xi oġġetti fuq il-blat. Kien wara li missier wieħed mill-ġuvintur li ċempel fuq wieħed mill-mowbajls, u qabdu Pulizija, li bdiet it-tfittxija għal Mark u Nick.
Il-Ħadd filgħodu omm wieħed miż-żgħażagħ sabet ir-roti fil-limiti ta’ Fomm ir-Riħ.