Instabu ħajjin it-12-il tifel flimkien mal-kowċ tal-futbol tagħhom wara disat ijiem neqsin f’għerien fit-Tajlandja.
Il-Gvernatur tat-Tajlandja kkonferma li kollha nstabu ħajjin dan wara operazzjoni ta’ tiftix u salvataġġ intensiva fl-għerien ta’ Tham Luanf f’Chiang Rai.
Kienet operazzjoni diffiċli u intensiva dan kawża tal-livell tal-ilma li beda jgħola kif ukoll it-tajn li kien hemm.
Kien wara li l-ġenituri ta’ wieħed mit-tfal indunaw li t-tifel ma rritornax lura wara t-taħriġ tal-futbol li għamlu rapport mal-Pulizija dwar kif it-tifel tagħhom jaf kien sparixxa. Kien minn hemm li daħlu aktar rapporti bit-tfittxija tibda minnufih b’mijiet ta’ persuni jgħinu biex jinstabu dawn it-tfal flimkien mal-kowċ.
X;aktarx, il-kowċ flimkien mat-tfal daħlu f’għerien li kien hemm fil-qrib u kien proprju dak il-mument li għamlet ħafna xita li għalqet l-aċċess għal bosta żoni fl-għerien, bit-tfal u l-kowċ spiċċaw intilfu u nqabdu hemm ġew.
Din mhux l-ewwel darba li persuni nqabdu fl-istess għerien u ġew salvati ftit wara.
Chiang Rai governor says all 13 missing in Thai cave have been found. He says they are safe.
— Jonathan Head (@pakhead) July 2, 2018