Sensiela ta’ spezzjonijiet fil-komunità fl-aħħar jiem, wasslu għall-arrest ta’ 66 persuna li kienet qed tgħix f’pajjiżna b’mod irregolari.
Fil-lokalitajiet ta’ Gwardamanġa, Santa Venera, il-Ħamrun u Ħ’Attard instabu 21 persuna.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Dan filwaqt li saru spezzjonijiet oħra, f’Ħal Qormi u l-Marsa, fejn instabu 23 immigrant irregolari.
Minbarra hekk, fil-Marsa ġew arrestati 22 persuna oħra, ukoll b’rabra ma’ abbuż mis-sistemi tal-imigrazzjoni, wara jiem ta’ sorveljanza.
In-nazzjonalitajiet tal-immigranti irregolari huma mis-Sirja, b’oħrajn minn pajjiżi Afrikani.

