Bħalissa qed isir xogħol fi Pjazza Santa Margerita, fis-Sannat Għawdex.
Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri ħabbar li ġew skoperti diversi fdalijiet arkitettoniċi waqt il-proċess ta’ skavar, u għalhekk hemm bżonn li jkunu ikkuntattjati l-awtoritajiet relevanti, biex ikun żgurat li dawn il-fdalijiet jiġu trattati kif xieraq.
Pjazza Santa Margerita hija waħda mill-ikbar spazji miftuħa f’Għawdex, u r-restawr qed isir b’investiment ta’ €3.7 miljun.
Ix-xogħlijiet jinkludu, fost oħrajn, il-bini ta’ culverts biex jgħaddu s-servizzi u l-ilma, pavimentar u wiċċ ġdid għall-pjazza, kif ukoll arranġament tal-parkeġġ u sistema ta’ dwal ġodda.
Minbarra li f’din il-pjazza hemm il-Knisja ta’ Santa Margerita, hija wkoll it-triq ewlenija bejn Ta’ Ċenċ u Triq Dun Xand Aquilina.