L-FBI ikkonfermat li l-fadalijiet umani li nstabu nhar il-Erbgħa li għadda huma ta’ Brain Laundrie, is-sieħeb ta’ Gabby Petito li wkoll kienet instabet bla ħajja f’Wyoming f’Settembru li għadda.
Il-fdalijiet taż-żagħżugħ instabu f’park li sa ftit żmien ilu kien għadu mimli bl-ilma.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-katavru ta’ Laundrie, li kien ilu rrapportat nieqes aktar minn xahar, ġie identifikat permezz ta’ reġistru li fih tinżamm informazzjoni dentali.