Ħaddiema tas-salvataġġ fiċ-Ċilì sabu fdalijiet umani wara li l-ajruplan tal-forza tal-ajru spiċċa mitluf. Fuq l-ajruplan kien hemm 38 persuna.
Il-Gvernatur ta’ Magallanes, José Fernández, qal li l-qraba ta’ dawk nieqsa ġew infurmati bis-sejba. Aktar kmieni, l-forzi tal-ajru qalu li sabu biċċiet tal-ajruplan fuq wiċċ l-ilma fiż-żona fejn l-ajruplan l-aħħar li kellu kuntatt.
L-ajruplan kien fi triqtu lejn bażi militari fl-Antartiku.