L-uffiċjali korettivi fil-ħabs sabu d-droga fuq wieħed mid-9 irġiel li ġew ikkundanati 6 xhur ħabs wara li ppruvaw iħallu Malta b’dokumenti ffalsifikati.
Illum wara nofsinhar, l-uffiċjali korettivi sabu sustanza possibilment, raża tal-kannabis qalb il-ħwejjeġ fil-bagalja ta’ Rabu Ahmid ta’ 34 sena mit-Togo.
Bid-droga ġiet immarkata mill-scanners malli l-affarijiet ta’ Ahmid għaddew mill-iscanners.
Fil-bagalja instabulu ukoll 13-il mowbajl.
L-Aġenzija għas-Servizzi Korettivi nfurmat lill-pulizija b’din is-sejba għal aktar investigazzjonijiet. Mhux eskluż li Rabu Ahmid huwa relatat ma’ aktar attivitajiet kriminali.
http://www.one.com.mt/2019/11/16/9-irgiel-jehlu-sitt-xhur-habs-wara-li-ppruvaw-jitilqu-minn-malta-bpassaport-falz/