Minkejja li bħalissa t-temp mhuwiex mill-aqwa, dan ma waqqafx lil xi ħadd biex jabbanduna ħames ġriewi. Ħames ġriewi nstabu abbandunati f’kaxxa. Huma ttieħdu l-isptar tal-annimali mill-Animal Welfare, sabiex jassiguraw li jinsabu f’saħħa tajba.
Wara verifika medika, il-ġriewi se jkunu qed ifittxu familja li lesta tħobbhom u toffrilhom saqaf fuq rashom.