Tissokta l-ħidma mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga fil-ġlieda kontra t-traffikar tad-droga.
Ilbieraħ filgħaxija fl-akkwati ta’ San Ġwann t’Għuxa f’Bormla, ġew arrestati 3 irġiel Indjani li għandhom 30 sena, 33 sena, u 35 sena, u kollha jgħixu Tas-Sliema.
Huma twaqqfu mill-Pulizija waqt li kienu f’karozzi separati, wara tfittxija li saret f’vettura minnhom li fiha kien hemm ir-raġel ta’ 35 sena.
Fiha kien hemm tmien boroż li fihom kien hemm disa’ kilogrammi droga kannabis.
Ir-raġel ta’ 35 sena mistenni jitressaq il-Qorti taħt arrest għada u jkun akkużat bil-pussess mhux għall-użu esklussiv tiegħu tad-droga kannabis.
Dwar il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali.