39 katavru nstabu moħbija f’vann ftit ‘il barra min-Naħa t’Isfel ta’ Londra. Il-vann instab mill-Pulizija f’żona industrijali f’Essex, u kien qed jinstaq minn Irlandiż ta’ 25 sena. Dan ġie arrestat mill-Pulizija fuq il-post fuq suspettat ta’ qtil.
Il-Pulizija qalet li l-vann wasal ir-Renju Unit mill-Bulgarija s-Sibt li għadda. Minn investigazzjonijiet preliminari setgħet tikkonferma wkoll li l-katavri li nstabu huma ta’ adulti, u persuna oħra taħt l-età. Issa l-Pulizija ta’ Essex għaddejja b’ħidma biex tidentifika l-vittmi, u l-pubbliku ntalab jgħaddi kwalunkwe informazzjoni li tista’ tgħin fl-investigazzjoni.