Dalgħodu, f’Għawdex instabu 36 persuna jgħixu b’mod irregolari.
Dan intqal fi stqarrija mill-Pulizija, fejn intqal li komplew bl-ispezzjonijiet b’rabta ma’ immigrazzjoni irregolari mill-Pulizija u minn uffiċjali tas-Servizzi ta’ Detenzjoni.
Dawn il-persuni – mill-Ghana, min-Niġerja, mis-Somalja, mis-Sirja u l-Liberja – ittieħdu f’Ċentru ta’ Detenzjoni, fejn inbeda l-proċess sabiex ma jibqgħux fil-pajjiż.
L-istqarrija tal-Pulizija temmet tgħid li dawn l-ispezzjonijiet se jibqgħu jsiru b’mod kostanti.