Fi stqarrija mill-Pulizija ntqal li dalgħodu komplew l-ispezzjonijiet tal-Pulizija, flimkien ma’ uffiċjali tas-Servizzi ta’ Detenzjoni, b’rabta ma’ immigrazzjoni irregolari.
F’dawn l-ispezzjonijiet li saru f’San Pawl il-Baħar instabu 17-il persuna jgħixu b’mod irregolari f’pajjiżna.
Dawn il-persuni – mill-Ghana, min-Niġerja, mill-Gambja, mis-Senegal, mill-Mali, mill-Libja u mill-Kosta tal-Avorju – ittieħdu fiċ-Ċentru ta’ Detenzjoni fejn inbeda l-proċess sabiex ma jibqgħux fil-pajjiż.
Il-Pulizija qalet li dawn l-ispezzjonijiet se jkomplu fil-jiem u ġimgħat li ġejjin.