Kompliet il-kumpilazzjoni kontra Albert Buttigieg u Florinda Sultana, it-tnejn mixlija b’ħasil ta’ flus, fejn espert imqabbad mill-Qorti xehed kif fuq apparat elettroniku meħud mill-akkużati, instabu mal-erbatax-il elf ritratt minn kameras moħbija fit-toilet tan-nisa.
Fl-awla tal-Qorti, il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech, viżwalment ixxukkjata, ordnat lill-Kummissarju tal-Pulizija sabiex jinvestiga r-ritratti.
Intant, kok f’żewġ ristoranti li allegatament intużaw biex jaħslu l-flus, ikkonferma li ż-żewġ akkużati kienu jamministraw ristorant kull wieħed u li hu u diversi ħaddiema oħra kienu jitħallsu permezz ta’ ċekkijiet.