Xini tal-kummerċ Grieg li għandu aktar minn 2,400 sena instab f’qiegħ il-baħar ftit ‘il barra mill-kosta tal-Bulgarija. Din is-sejba fil-Baħar l-Iswed qed tissejjaħ l-akbar sejba ta’ vapur antik li għadu sħiħ fid-dinja.
Riċerkaturi qalu li l-mod kif inhu mibni x-xini jirrifletti d-disinn ta’ xini partikolari li huwa mpinġi fuq diversi vażuni tal-Ġreċja tal-Qedem. Diversi għodda li kienu jintużaw biex jopera x-xini ukoll baqgħu intantti.
“Tant għadu miżmum perfett li litteralment ħsibna li morna lura fiż-żmien”, qal wieħed mir-riċerkaturi li sabu dan ix-xini.