Fuq Facebook, l-aġenzija Infrastructure Malta qalet li waqt xogħlijiet fi triq fil-Marsa, instab xelter taħt l-art.
Intqal li minħabba din is-sejba, l-aġenzija qed iddawwar id-direzzjoni ta’ katusi tad-dranaġġ u s-servizz tal-ilma ġodda tal-madwar lil hinn minn dan is-sit.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-aġenzija qalet ukoll li qed tiddiskuti mas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali biex niskopru iktar dwar l-użu ta’ dan ix-xelter biex ikun hemm l-aħjar metodi biex jitħarsu dawn il-fdalijiet.