Il-bastiment tal-qawwa navali Amerikana Indianapolis, li kien jintuża fit-Tieni Gwerra Dinjija, instab fl-Oċean Paċifiku. 72 sena wara li spiċċa mgħarraq minn sottomarin Ġappuniż.
Huwa nstab tmintax-il elf pied taħt wiċċ l-ilma. L-Indianapolis kien inqered huwa u ġej lura minn missjoni sigrieta biex iwassal biċċiet għal bomba atomika li iktar tard intużat fuq Hiroshima.
Mill-1196 persuna abbord, 316 biss kienu salvati. L-ikbar traġedja umana fil-baħar fl-istorja Navali Amerikana.
L-Indianapolis inqered fit-30 ta’ Ġunju 1945, meta x’imkien fil-baħar tal-Filippini bejn Guam u Leyte, intlaqat minn torpedo sparat minn sottomarin Ġappuniż.
Bejn tmien mija u disa mitt persuna ġarbu mill-vapur li kien qed jegħreq. Iżda filwaqt li ma kienet intbagħtet l-ebda sejħa għall-għajnuna, sakemm dawk li salvaw instabu b’ċikka erbat ijiem wara, tlett mija u sittax biss baqgħu ħajjin fil-baħar li kien mimli bil-klieb il-baħar.