Il-Vjetnam sabet varjant ġdid tal-Covid-19, li jidher li hu taħlita tal-varjant Indjan u dak tar-Renju Unit fejn jista’ jinfirex aktar malajr mill-arja.
Il-Ministru għas-Saħħa Vjetnamiż, Nguyen Thanh Long, iddeskriva din il-mutazzjoni bħala waħda perikoluża.
Il-Vjetnam bħalissa qed taffaċċja żieda fl-infezzjonijiet fejn s’issa kien hemm 47 mwiet.
L-Għaqda Dinjija għas-Saħħa, s’issa, għadha qed tagħmel l-assessjar neċessarju biex tikseb aktar informazzjoni dwar dan il-varjant.