Skeletru ta’ madwar 500 sena nstab fix-xmara Thames f’Londra, liebes boots li baqa’ ppreżervat b’mod perfett. L-iskeletru, li jidher li huwa ta’ raġel, instab minn arkeologi li kienu qed jaħdmu viċin l-inħawi ta’ Bermondsey fil-Kapitali Ingliża l-Ħamis li għadda.
Il-boots tar-raġel jidher li salva sekli sħaħ, u jinsab f’qagħa tajba biżżejjed biex ikun eżaminat mill-esperti tal-istorja.
L-arkeologi issa qed jippruvaw jiddeterminaw l-identità tar-raġel, u kif dan spiċċa mgħarraq fix-xmara Thames.
Huwa maħsub li dan kien jgħix fl-1400 jew fl-1500, u li miet meta kellu anqas minn 35 sena.