Raġel ta’ 41 sena residenti Birżebbuġa u li huwa ta’ nazzjonalita’ Latvija instab mejjet minn numru ta’ ħaddiema ħdejn sit ta’ kostruzzjoni. Huwa nstab mejjet għall-ħabta tat-8.15am fi Triq Girgenti, is-Siġġiewi. Tim mediku ġie msejjaħ fuq il-post fejn ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.
Bil-każ ġie infurmat l-Maġistrat tal-Għassa Dr I Farruġia LLD li ħatar diversi esperti sabiex jassistuħ fl-inkjesta li ġiet appuntata.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.