Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjoni tagħha dwar sejba ta’ raġel mejjet fi Triq il-Mastrudaxxa f’Ħal Qormi.
Il-katavru tar-raġel instab f’binja miftuħa. Aktar kmieni l-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu għaddejjin b’ħidma biex il-katavru jinħareġ mill-binja.
Il-kawża tal-mewt tar-raġel u l-identità tiegħu għadha mhux magħrufa.
Numru ta’ esperti forensiċi nġabru fuq il-post biex tinġabar l-evidenza, biex fost oħrajn jiġi investigat jekk kienx hemm persuni oħra involuti f’dan il-każ.
Infetħet inkjesta bil-Maġistrat dwar il-każ.