Il-Pulizija kkonfermat li r-raġel li ntilef fil-baħar għall-ħabta tat-tlieta filgħodu f’Għawdex instab qawwi u sħiħ.
Ir-raġel intilef f’waħda mill-bajjiet ta’ Marsalforn qrib iż-żona tal-waterpolo.
Xhieda fuq il-post qalu li kmieni filgħodu bdew tfittxijiet mill-Forzi Armati ta’ Malta kemm fuq l-art kif ukoll fil-baħar.
Ritratt: John Zammit