Fl-aħħar sigħat komplew jintensifikaw l-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta mal-omiċodju doppju ta’ omm u bint, Maria Lourdes u Angele Bonnici. Fil-fatt fl-aħħar sigħat il-Pulizija dehru fuq ix-xena tar-reat akkumpanjati mis-suspetatt ewlieni jagħmlu diversi tfittxijiet.
ONE News jinsab infurmat li f’għalqa viċin fejn instabu l-katavri taż-żewġ nisa nstab oġġett li possibbilment jista’ jkun l-arma tad-delitt.
Sorsi qalu li l-investigaturi qed jimxu fuq it-teżi li s-suspettat ewlieni, Joseph Bonnici, ta’ 39 sena li hu t-tifel ta’ Maria Lourdes u ħu Angele Bonnici, seta kien ilu ġimgħat jippjana dan id-delitt meqjus makabru. Tant li allegatament kien hu li tefa’ l-kameras tad-dar fejn seħħ id-delitt.
Iż-żewġ nisa allegatament inqatlu b’tiri sparati minn arma tan-nar u daqqiet ta’ mazza.