Ħaddiema tal-fabbrika Avnet Embedded Malta Ltd f’San Ġwann dalgħodu ntalbu jinħarġu ’l barra bħala prekawzjoni, wara li nstab li kien hemm xi materjal splussiv fuq is-saqaf.
Waqt li fuq il-post issejħu membri tal-Protezzjoni Ċivili u mill-Pulizija, ittieħdu l-prekawzjonijiet kollha neċessarji biex jiġi evitat kull periklu għall-impjegati.
Minn informazzjoni, li kiseb ONE News minn fuq il-post, jirriżulta li l-materjal splussiv kien xi murtal tal-festa li ma ħax u li aktarx kien ilu xi ftit taż-żmien fuq is-saqaf qabel ġie nnotat dalgħodu. Jirriżulta li qrib din iż-żona jinħaraq logħob tan-nar ta’ Birkirkara.
Sussegwentement kull periklu tneħħa ftit tal-ħin wara.