Ingliż ta’ 61 sena, instab mixħut mal-art mill-Pulizija, għall-ħabta tan-nofs siegħa fi Triq il-Bajja ta’ San Tumas, Marsaskala. Il-Pulizija sabet li kien tief il-kontroll tal-mutur tal-għamla Suzuki li kien qiegħed isqu.
Ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura. Iktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi iżda mhux fil-periklu tal-mewt.