Il-Pulizija fil-Kanada qalu kif wieħed miż-żewġ suspettati wara l-attakk li seħħ waqt quddiesa l-Ħadd li għadda f’Saskatchewan, instab mejjet.
Il-katavru ta’ Damien Sanderson ta’ 31 sena nstab f’James Smith Cree Nation.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Iż-żewġ aggressuri kienu aħwa fejn il-Pulizija qalet li Myles Sanderson għadu qed jiġi mfittex mill-Pulizija fejn hu maħsub li jinsab f’Regina.
Il-Ħadd li għadda għaxar persuni sfaw attakkati u maqtula b’arma li taqta’ u bil-ponta – f’wieħed mill-agħar attakki ta’ vjolenza li qatt seħħ fil-Kanada f’dawn l-aħħar snin.